Nhar it-Tnejn 19 t’Ottubru 2015 fl-iskola tagħna ġie ċċelebrat jum il-poeta nazzjonali tagħna Dun Karm Psaila.
Waqt l-assembly ta’ filgħodu ttellgħet preżentazzjoni qasira mill-istudenti. Kelly Marie Bond ppreżentat power point fuq ħajjet Dun Karm filwaqt li Laura Mercieca u Sarah Gauci qraw il-bijografija tiegħu. Żewġ studenti oħra Justine Borg u Amy Scicluna qraw il-poeżiji Warda u Nar tat-Tiben. Din iċ-ċelebrazzjoni għalqet bid-daqq tal-innu nazzjonali .
Grupp ta’ studenti tat-tielet sena ħadu sehem fiċ-ċelebrazzjoni nazzjonali li saret f’ Ħaż-Żebbuġ f’ġieħ Dun Karm. Hawn inqraw xi siltiet mix-xogħlijiet ta’ Dun Karm u saru diskorsi qosra minn bosta mistednin distinti. Wara l-istudenti ħadu sehem f’koreo sal-monument ta’ Dun Karm u poġġew fjuri f’isem l-iskola tagħna. Iċ-ċelebrazzjoni għalqet bi żjara fil-kappella taċ-ċimiterju ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn jinsab midfun Dun Karm.
Jekk trid tara r-ritratti mur fuq din il-paġna.