Din is-sena, grupp ta’ studenti tar-Raba’ Sena, ġew magħzula sabiex jipparteċipaw f’dan il-grupp fotografiku fl-iskola tagħna. Il-lezzjonijiet li dawn l-istudenti qed isegwu jvarjaw minn lezzjonijiet tat-teorija dwar l-arti tal-fotografija, l-istorja tal-fotografija u anke prattika. L-istudenti qed jipparteċipaw bis-sħiħ f’dawn il-lezzjonijiet u qed jizviluppaw għajn fotografika tajba, filwaqt li jitgħallmu jirċievu kritika fuq ir-ritratti li jkunu ġibdu u anke jikkritikaw fotografija ta’ persuni oħra.

Matul is-sena skolastika, huwa ppjanat li jiltaqgħu ma’ għadd ta’ fotografi rinomati Maltin, u kif ukoll jaqsmu l-esperjenzi tagħhom flimkien. Hemm ukoll diversi attivitajiet ippjanati sabiex ikomplu jgħinu lill-istudenti jizviluppaw mhux biss l-arti izda wkoll il-karattru tagħhom.

Sur A. Grech

Għal xi ritratti tal-grupp ara HAWN.